Illejla fi stqarrija xotta, il-Partit Nazzjonalista qal li f’laqgħa tal-Kunsill Ammistrattiv iddeċieda li l-Każin Nazzjonalista fil-Ħamrun għandu jinżamm magħluq b’mod temporanju.
Minkejja din l-istqarrija fjakka, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech għadu ma lissen l-ebda kelma dwar dan l-inċident, meta hu kien preżenti, f’dak il-ħin li seħħet il-ġlieda.
Ħamest ijiem wara din il-ġlieda vjolenti, li ħalliet lil Noel Mifsud Bonnici bi ġrieħi serji fl-isptar hekk kif kellu jiġi operat iddominat l-aħbarijiet, għajr dawk tal-Partit Nazzjonalista.