L-Għaqda Regatta Nazzjonali (Regatta Malta) ħarġet stqarrija b’reazzjoni għall-kontroversja li nqalgħet waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien.
Fost affarijiet oħra, l-Għaqda Regatta Nazzjonali qalet li d-deċiżjoni sabiex it-tigrija ta’ bi tnejn terġa’ ssir ittieħdet mill-kumitat tekniku u mhux mit-tim aministrattiv jew xi individwu ieħor.
Saħqet li l-kumitat tekniku hu kompost minn rappreżentant ta’ kull klabb tar-Regatta, liema kumitat kien wasal għad-deċiżjoni li t-tiġrija ta’ bi tnejn (kategorija A) terġa’ ssir.
Din hi l-istqarrija uffiċjali kollha:
