Il-Kummissjoni Ewropea qalet li din is-sena, Malta se jerġa’ jkollha l-ogħla tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Aktar minn ħames darbiet il-medja tal-Unjoni Ewropea.
Intqal dan fi stqarrija mill-Partit Laburista, fejn intqal li ż-żewġ fatturi ewlenin huma domanda domestika robusta u kontribuzzjoni pożittiva mill-esportazzjoni.
Fl-istqarrija, intqal li l-inflazzjoni u l-qgħad it-tnejn se jkomplu jonqsu, it-tbassir tat-tkabbir tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) ta’ Malta hija l-ogħla madwar l-UE, it-tbassir tat-tkabbir tal-PDG fl-UE, fl-2024 u fl-2025, mistennija jkunu ta’ 1.3% u 1.5% rispettivament, u t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta mistenni jikber b’4.3% f ’dawn is-sentejn.
Timmaġina lil Bernard Grech jikseb dawn ir-riżultati? Lanqas seta’ joħroġ b’dokument ta’ qabel il-Budget. L-awtur tagħha, issa nafu, minn mindu ġie leaked mill-Partit Laburista, tħalla jistaqsi “where’s the beef?” – temmet tgħid l-istqarrija tal-Partit Laburista.