Id-Direttorat għas-Sorveljanza tas-Suq, fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) sab fis-suq lokali flixkun tal-juicer bla ditta, li jista’ jkun ta’ riskju għoli għal min jużah. Dan minħabba li ma jinkludix struzzjonijiet għall-użu—li dawn diġà jiksru l-Att dwar is-Sigurtà tal-Prodotti—instab li meta jitferra fih il-misħun, il-flixkun jinbidel sew fil-forma tiegħu, bil-possibbiltà li tinstamat il-persuna li tkun qed tużah.
L-MCCAA għalhekk qed twissi lill-konsumaturi biex joqogħdu lura milli jużaw dawn il-fliexken u biex jirritornawhom minn fejn xtrawhom. L-MCCAA twissi wkoll l-operaturi ekonomiċi biex ineħħu immedjatament mis-suq il-prodott imsemmi hawn fuq u li titteħed azzjoni kontra min jagħżel li jkompli joffri dan il-prodott għall-bejgħ.
Id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2395 2000; b’imejl fuq msd.mccaa@mccaa.org.mt; jew fuq il-paġna tal-Facebook tal-MCCAA.