Il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Edwina Grima u Aaron Bugeja bidlu deċiżjoni ta’ Imħallef ieħor dwar l-istqarrija li ta lill-Pulizija, raġel li jinsab mixli bi stupru ta’ tifla ta’ ħdax-il sena.
Christoph Doll jinsab mixli li lura fl-elfejn u ħmistax u fi snin ta’ qabel ħa sehem f’attivitajiet sesswali mat-tifla, ikkorrompa lit-tifla meta suppost kellu jieħu ħsiebha, uża mezzi ta’ komunikazzjoni biex jiltaqa’ magħha ħalli jagħmlu s-sess, kellu materjal pornografiku u li kellu materjal indiċenti li fih tidher it-tifla.
Qabel jinstema’ l-ġuri, l-Qorti Kriminali laqgħet it-talba tad-difiża biex l-istqarrija li ta il-Pulizija, ma tinstemax fil-ġuri minħabba li ma kienx hemm avukati tal-għażla tiegħu preżenti.
Madankollu l-Avukat Ġenerali appella u l-Qorti tal-Appell Kriminali, biddel deċiżjoni u ordna li l-istqarrija tkun inkluża fil-ġuri.