Il-gazzetta Nazzjonalista tal-Ħadd irrapportat bi prominenza, fil-paġna ewlenija tagħha, dwar negozju f’Għawdex li se jitwaqqaf l-operat tiegħu mill-Qasam Industrijali. Iżda din mhi xejn għajr fake news oħra mill-midja Nazzjonalista.
Kien il-ħanut stess li giddeb il-midja tal-Partit Nazzjonalista, hekk kif fuq Facebook kiteb li l-informazzjoni ppubblikata hija falza u mingħajr bażi.
Intant, INDIS Malta ħarġet stqarrija, fejn ħarġet tiċħad din il-fake news, fejn ġie sostnut li l-allegazzjonijet li ġew imressqa f’dan l-artiklu huma kompletament foloz.
INDIS sostniet li hi tikkundanna t-tixrid ta’ aħbarijiet foloz, bil-gazzetta Nazzjonalista naqqset milli jikkuntattja lil INDIS għal reazzjoni qabel ma ppubblika din l-istorja falza.
Intqal li INDIS se tibqa’ impenjata li tkompli taħdem favur l-industrija u se tkompli tagħti s-sostenn tagħha lill-komunità kummerċjali lokali bi trasparenza u professjonalità.