Tarbija ta’ xahar instabet qawwija u sħiħa wara li allegatament inħatfet minn ġewwa karozza nhar il-Ġimgħa. Iżda fil-verità, ħadd ma jaf l-istorja eżatt x’inhi.
Kieku jumejn ta’ tensjoni fl-Afrika ta’ Isfel, wara li allegatament żewġ suspettati waqqfu karozza, ħatfu tarbija u telqu biha f’karozza oħra.
Il-każ ġibed attenzjoni kbira għax saret kampanja qalila permezz tal-mezzi tax-xandir, u madwar mitt uffiċjal tal-Pulizija kienu involuti fit-tfittxija.
Iċ-ċkejkna Siwaphiwe Mbabo instabet f’road block f’nofs il-lejl is-Sibt, u tliet persuni qed jinżammu arrestati. Żvolta stramba hi li waħda minn dawn il-persuni hija omm iċ-ċkejkna. Dan minħabba inkosistenzi kbar li ħarġu mill-interrogazzjoni tal-Pulizija. Innotaw fost oħrajn li t-tarbija ittieħdet bil-car seat b’kollox mill-karozza Toyota Yaris tal-omm; ħaġa stramba f’każ ta’ ħtif. Iż-żewġ arrestati l-oħra huma mara u raġel. L-omm, li għandha 34 sena, irrapportat li ħadulha lit-tarbija waqt li ppuntaw arma tan-nar lejha. Iżda l-Pulizija qed tiddeskrivi l-każ, u anke l-verżjoni tal-omm, bħala dubjuża ħafna.
Intant it-tifla qed tinżamm fil-kustodja tal-istat.
Image