Inċident li ntemm b’wiċċ il-ġid.
Bugħaddasa li ntilfet minn sensiha wara li telgħet mill-baħar fix-Xatt l-Aħmar, limiti t’Għajnsielem, qalbet għall-aħjar u m’għadhiex fil-periklu tal-mewt.
Ilbieraħ il-mara ittieħdet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fil-periklu tal-mewt. Għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar il-mara, li hija Pollakka ta’ 41 sena, kienet qiegħda x-xatt meta ntilfet minn sensiha.
Il-Pulizija mill-Għassa r-Rabat (Għawdex) għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.