Xi kultant surreali. Ċajta. Is-sitwazzjoni li qed ngħixu f’pajjiżna hija talli li fil-ġurnali ssir storja fuq ċajta li swiet €6.99, iżda ma ssirx mistoqsija waħda fuq €3miljuni (sa fejn nafu), ċedoli tal-PN.
Dan huwa l-mod kif l-establishment f’pajjiżna qed taħdem. Establishment xprunata mill-Kap tal-Oppożizzjoni u bl-għajnuna ta’ ftit nies bħal Ivan Camilleri, psewdo-ġurnalist, li m’huwa xejn għajr minn aġent Nazzjonalista. Dan qed ngħidu b’ċertezza. Bizzejjed wieħed jiftakar li Camilleri kien parti minn grupp hekk imsejjaħ il-grupp tal-ispjuni mmexxi minn Tonio Fenech. Grupp li kellu l-għan, li l-membri tiegħu, mxerrda f’pożizzjonijiet importanti f’istuzzjonijiet importanti, jagħmlu l-bsaten fir-roti lill-pajjiżna.
Ivan Camilleri li jikteb biss l-istejjer li jtuh mill-Pietà, sab il-ħin biex fil-faċċata tat-Times jagħmel storja fuq ċajta li swiet lil waħda mara €6.99, pressa poco, sitt darbiet aktar minn kemm kien ta Gvern Nazzjonalista filwaqt li l-Ministri tiegħu kienu qed jieħu €500 fil-ġimgħa żieda u ħuh kien qed jibla’ .. kull ma jara l-Malta Enterprise, iżda ma jippruvax jistaqsi fuq skema ta’ dejn sigriet li tqajjem dubbji kbar.
Il-verità hija li minkejja l-establishment jibqa’ dejjem kontra Gvern Laburista u l-Partit Laburista ma rridux nidħlu fil-mentalità ta’ assedju, li naħsbu li kulħadd kontrina. Il-verità hija lin-nies qed jieħdu kont ta’ kollox. Nies bħal Camilleri, Daphne Caruana Galizia li tikteb stejjer mimlija ħduru, qed jagħmlulna pjaċir.
Ħarsu lejn dak li qed jiġri fid-Dinja. Dak li ġara fir-Renju Unit, dak li ġara fl-Istati Uniti, kulħadd kien kontra Trump, il-mezzi tax-xandir kollha favur Clinton, jaqalgħu lil Trump minn filgħodu sa filgħaxija, u spiċċat biex din it-tattika ħadmet bil-maqlub.
Filwaqt li ħaddieħor se jibqa’ jipprova jfarrak, aħna rridu nkomplu nibnu.
Meta ħaddieħor jikkritika bl-addoċċ u bla ħniena, inwieġbu b’mod pożittiv.
Meta ħaddieħor jipprova jiżra’ l-firda u l-mibegħda nwieġbu bil-paċi u ngħaqqdu.
Meta ħaddieħor jattakka nwieġbu bil-mizuri li qed jagħmel dan il-Gvern.
Il-Milied it-tajjeb!.