Grupp ta’ mużiċsti lokali ngħaqdu flimkien b’turija ta’ solidarjetà mal-Orkestra tal-Unjoni Ewropea taż-Żgħażagħ (EUYO). Dan wara dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea li mhux se tkun qed tibqa’ tipprovdi iżjed fondi għall-istess orkesta. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix revokata, din tal-aħħar ittemm l-impenji fl-aħħar ta’ Settembru li ġej.
Il-mużiċisti lokali ddeskrivew dan bħala insult għall-kultura u l-arti, u fuq kollox insult għall-mużiċisti li għandhom ambizzjonijiet kbar.
https://youtu.be/jxSkFryQKAc