L-ishma f’żewġ banek Olandiżi u ieħor Awstrijak ħadu daqqa ‘l isfel wara rapporti li rabtuhom ma’ netwerk ta’ allegat ħasil ta’ flus mir-Russja.
Ir-rapporti jitkellmu fuq biljuni kbar ta’ ewro fejn saru iktar minn miljun trasferiment f’233,000 kumpanija. Dawn ir-rapporti ħarġu mill-Organised Crime and Corruption Reporting Project (OCCRP). Għalkemm Reuters qal li ma kkonfermahomx, filwaqt li l-prosekuturi Awstrijaċi qalu li qed jeżaminaw l-allegazzjonijiet.
Il-Bank Awstrijak RBI, li l-ishma tiegħu niżlu bi 13.9% qal li mhux familjari mal-allegazzjonijiet u m’għandux informazzjoni. Sostna wkoll li jieħdu l-allegazzjonijiet b’mod serju.
Kien allegat ukoll li l-banek ING, ABN Amro u Rabobank, fl-Olanda, wkoll iffaċilitaw miljuni ta’ ewro fi ħlasijiet inġusti. ING ma kummentawx iżda l-ishma tagħhom ħaddu daqqa wkoll.
Dan il-bank diġà ħallas disa mitt miljun dollaru f’multa għax naqset milli timmarka l-użu kriminali tal-kontijiet tagħha. Lanqas Rabobank li ħallsu miljun ewro f’multi ma kkummentaw.