Dan huwa ż-żmien li fih, fis-sema, naraw l-istillel feġġejja, jew kif insibuhom bl-Ingliż il-perseid meteor showers, jew shooting stars. Uħud jirreferu għalihom ukoll bħala d-dmugħ ta’ San Lawrenz għax jidhru madwar l-10 ta’ Awissu, il-festa tal-qaddis.
Din is-sena, dawn se jkunu fl-aqwa tagħhom fil-lejl ta’ bejn illum u għada.
Skont dak li kitbet Patrizia Madiona fis-sit tal-Għaqda Maltija tal-Astronomija, l-istillel feġġejja ta’ din is-sena se jkunu l-aktar ċari fl-aħħar 20 sena u nistgħu nistennew li naraw sa 150 shooting star fis-siegħa meta dawn ikunu fl-eqqel tagħhom. L-attività tibda għal ħabta tad-9 ta’ fil-għaxija.
L-Għaqda Maltija tal-Astronomija qed torganizza “lejl taħt l-istilel”. Membri se jkunu x-Xgħajra biex jaraw dawn l-istilel feġġejja. Magħhom se jieħdu wkoll it-teleskopji biex fi kliemhom ikunu jistgħu jaraw ukoll affarijiet kosmiċi interessanti li bħalissa jidhru minn Malta.
L-Għaqda qed tistieden lil dawk kollha interessati biex jingħaqdu mal-membri tagħha u jieħdu magħhom teleskopji jew tromba.
Skont is-sit Live Science, l-attività tal-istilel feġġejja din is-sena għandha l-attribwiti tajbin kollha: se jkun hemm rata għolja ta’ metjoriti b’perċentwali minnhom jiddu aktar minn oħrajn. Din l-attività ssir f’Awissu fi żmien meta t-temp ikun sabiħ u t-temperaturi tal-lejl ikunu pjaċevoli.
F’sena tipika, l-osservaturi jistennew li jaraw 100 meteor kull siegħa, iżda kif tgħid l-Għaqda Maltija tal-Astronomija din is-sena se jkun hemm aktar minn 150!
L-istelel feġġejja jibdew bħala traba li tolqot l-atnosfera tad-dinja b’heffa ta’ 37 mil kull sekonda, li mbagħad, minħabba l-friction, tevapora u tħalli sinjal ta’ dawl li aħna nsejħu meteor. Dawn il-partiċelli ta’ trab twieldu, biex ngħidu hekk, f’kometa magħrufa bħala 109P/Swift-Tuttle, li l-aħħar li reġgħet lura fl-inner solar system kien 1992. Iżda l-pjaneta ġganteska Ġova, jew Jupiter, dan l-aħħar ċaqilqet id-debri tas-Swift-Tuttle aktar viċin lejn id-dinja.
Kif għidna, jekk kollox imur kif maħsub, se nkunu nistgħu naraw sa 150 meteor fis-siegħa tal-illejla.
L-aktar li se jkunu jidhru huma fis-siegħat bikrin tal-Ġimgħa bl-0isettaklu jkompli hekk kif jibda jisbaħ għax id-dawl tal-istilel feġġejja – fuq il-fruntiera bejn il-kostellazzjonijiet ta’Perseus u Cassiopeia, minn fejn il-meteors jidhru li joħorġu – jitla’ aktar ’l fuq.
Naturalment, narawhom aktar f’post fejn ma jkunx hemm dawl aryfyċjali u għalhekk l-Għqda Maltija tal-Astronomija se tmur ix-Xgħajra għax meta tħares minn hemm fuq il-baħar ħlief dlam ma tarax.
Dawk li jridu jaraw l-istilel feġġejja għandhom ikunu paċenzjużi, ikunu rilassati u mimdudin fuq xi deckchair jew mixħutin minn tulhom fl-art.
Bill Cooke, il-kap tal-Meteoroid Environments Office tan-Nasa fil-Marshall Space Flight Centre f’Alabama, jagħti parir li dawk li jmorru jaraw l-istilel feġġejja biex iħarsu bejn nofs siegħa u 40 minuta lejjn is-sena iswed ħalli l-għajnejn joqgħodu. Tippretendux li se tħarsu ’l fuq u tarawhom għax tridu tagħtu ċans l-għajnejn joqgħodu.
Min irid jiġbed ritratt tal-Perseids għandu jpoġġi l-camera fuq tripod u jagħmel exposure twil ta’ bejn ftit sekondi u minuta.