Wasal Malta Rok Bagaroš, Sloven li beda l-karriera tiegħu bħala stunt rider madwar għaxar snin ilu u li se jkun qed jagħti spettakli f’pajjiżna.
Ftit jiem ilu biss għadu kemm tella’ filmat jagħti spettaklu rekord ta’ għoxrin minuta f’għoli ta’ 3664 metru fin-Nepal, issa jinsab Malta biex jagħti spettakli għal għan nobbli.
F’pajjiżna ġie mistieden biex jieħu sehem f’sensiela ta’ attivitajiet, fosthom Meet and Greet ma’ dawk interessati u bike ride. barra minn hekk fl-okkażjoni t’għeluq l-għoxrin sena f’Malta tal-kumpanija KTM, nhar il-Ħadd tmienja t’April, f’Ta’ Qali se jagħti żewġ spettakli kif jaf jagħmel hu.
Dan f’attività li għalkemm b’xejn, se jinġabru donazzjonijiet ta’ ħames ewro, liema flus se jmorru għal Puttinu Cares.
Flimkien ma’ dawn, Bagaroš se jieħu sehem f’filmati meħuda f’kollaborazzjoni mal-MTA biex jagħti aktar viżibbiltà lil pajjiżna.