Il-Prim Ministru Robert Abela huwa fdat wieħed u għoxrin punt tnejn fil-mija aktar mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Dan ħareġ minn stħarriġ ikkummisjonat mill-gazzetta t-Torċa li sar mill-istatistiku Dr Vincent Marmarà.
Il-gazzetta turi kif f’dan l-istħarriġ saret mistoqsija dwar il-fiduċja fil-mexxejja tal-partiti, bil-mexxej Laburista Robert Abela kompla jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu hekk kif il-fiduċja fih telgħet għal 44.8%, b’kuntrast mal-fiduċja ta’ 23.6% f’Bernard Grech.
L-istħarriġ li sar bejn is-6 u l-10 ta’ Mejju b’kampjun ta’ elf persuna, juri distakk ta’ 10.1% jew 25,400 vot bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.
Meta l-pubbliku ġie mistoqsi liema partit se jivvota fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Partit Laburista qed igawdi l-appoġġ ta’ 50.4% waqt li l-Partit Nazzjonalista għandu l-fiduċja ta’ 40.3% tal-elettorat. Partiti oħra għandhom l-appoġġ ta’ 4.1%.
L-istħarriġ ta’ Marmarà jindika wkoll li t-turnout bħalissa huwa ta’ madwar 69%, b’madwar 67% tal-voti jkunu validi.