Stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar bejn Lulju u Awwissu juri li n-nies żiedu l-fiduċja fil-Gvern Malti.
58% tan-nies f’Malta li pparteċipaw f’dan l-istudju rinomat u li jsir bir-reqqa qalu li għandhom fiduċja fil-Gvern Malti.
Dan ifisser 18% iżjed mill-medja Ewropea.
Dawk li m’għandhomx fiduċja fil-Gvern, ir-rata ta’ Malta hija ta’ 29%, kważi n-nofs tal-medja Ewropea.
Meta wieħed iqabbel dan kollu mal-aħħar stħarriġ li sar f’Novembru li għadda u anki ma’ stħarriġ li kien sar f’Novembru tal-2017, hawnhekk il-fiduċja fil-Gvern f’dan l-aħħar stħarriġ żdiedet b’7%.
F’dan l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru, in-nies kienu mistoqsija wkoll dwar kif iqisu il-qagħda finanzjarja tagħhom.
Hawnhekk 73% tal-Maltin iħossu li l-qagħda tagħhom hija tajba.
Dan ifisser 3% iżjed mill-medja Ewropea.
L-immigrazzjoni u l-ekonomija kienu l-aktar kwistjonijiet ta’ interess għall-Maltin, bl-immigrazzjoni kienet kwistjoni ferm ta’ interess iktar għall-Maltin mill-medja Ewropea.
Dwar il-qgħad kien hemm biss 4% tal-Maltin li ħassibhom.
Dan ifisser seba’ darbiet inqas mill-medja Ewropea.
Anki dwar id-dejn tal-Gvern, kienu biss 2% tal-Maltin li tħassbu fuqu filwaqt li l-medja Ewropea hija ta’ 12%.
Kwistjonijiet oħra li għall-Maltin ma kinux daqshekk ta’ tħassib kienu l-pensjonijiet, it-tassazzjoni u l-kriminalità.
Hawnhekk Malta kienet inqas mill-medja Ewropea.
Intant fuq twitter, il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ dan l-istħarriġ u qal li l-budget għas-sena d-dieħla se jagħmilna iżjed b’saħħitna.
#Eurobarometer survey shows public trust in @MaltaGov is significantly higher than #EU Average by +18% and higher than in past years. A similar majority also believe things are going in the right direction. #Budget2021 will make us even stronger. – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) October 23, 2020