Stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir ippubblikat fl-aħħar sigħat ta riżultati b’saħħithom lil ONE NEWS li bħala medja għandu udjenza li hi d-doppju ta’ Net News il-kompetitur dirett bil-bulettin ewlieni jixxandar fl-istess ħin. F’ċerti jiem id-differenza hija ikbar minn hekk. One News jilħaq l-ogħla udjenza b’63,000 telespettatur, filwaqt li Net News għandu l-ogħla udjenza fil-livell ta’ 35,000 spettatur. Filwaqt li għal erbat ijiem fil-ġimgħa One News jaqbeż il-50,000 telespettatur Net News qatt ma jagħmel dan.
Dan huwa riżultat ta’ sodisfazzjoni għall-kamra tal-aħbarijiet ta’ ONE li fl-aħħar jiem kellha n-news portal tagħha ssir l-iktar imfittxija fost dawk bil-lingwa Maltija biss u fost l-iktar sit elettroniku mfittex f’Malta.
Intant, ONE Radio reġa’ huwa l-iktar stazzjoni tar-radju segwi b’udjenzi li baqgħu tajbin ħafna u li jgħaddu sew lil dawk ta’ stazzjonijiet oħra.
Filwaqt li f’dak li hu televiżjoni l-udjenza medja ta’ ONE issegwi biss dik tal-istazzjon nazzjonali.