36% tan-negozji li pparteċipaw fi stħarriġ tal-Malta Chamber of SMEs, GRTU, raw żieda ta’ 30% fil-bejgħ tagħhom fl-2016, meta mqabbel mas-sena 2015.
Filwaqt li 36% raw li n-negozju tagħhom baqa’ bl-stess andament ta’ bejgħ meta mqabbel ma’ 2015.
B’kollox ippareteċipaw 175 negozjant.
In-negozji qalu li r-raġunijiet ewlenin wara ż-żieda ta’ bejgħ fin-negozju tagħhom kienu minħabba li introduċew prodotti u servizzi ġodda u kif ukoll għax in-nies għandhom iktar flus fil-but x’jonfqu.
Għas-sena 2017, 41% tan-negozji huma ottimisti u qed jistennew li n-negozju tagħhom ikompli jkollu aktar bejgħ. Filwaqt li 44% qed jistennew lin-negozju tagħhom ikompli bl-stess andament ta’ bejgħ fl-2016.
Il-GRTU laqa’ b’mod pożittiv li din is-sena 34% tan-negozji se jespandu in-negozju tagħhom f’Malta. 4% se jespandu n-negozju tagħhom f’pajjiżi oħra.