L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika qed jibqgħu juru b’mod konsistenti li l-fiduċja fil-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, qed tibqa’ tissaħħaħ bid-differenza bejn iż-żewġ mexxejja tkompli toħroġ iktar fid-deher.
L-istħarriġ tal-opinjoni pubblika tal-Maltatoday u tat-Torċa ftit tal-ġimgħat ilu jagħtu riżultati differenti, għalkemm it-tnejn b’maġġoranza favur il-Partit Laburista. Però konsistenti dejjem il-fiduċja b’saħħitha fil-Prim Ministru Robert Abela.
Il-Maltatoday irrapporta li Robert Abela kompla jżid il-fiduċja mqabbel mal-istħarriġ ta’ Diċembru, filwaqt li Bernard Grech naqqas il-fiduċja. Id-differenza bejn il-mexxejja llum hi ta’ 24.4%.
Jirriżulta li Bernard Grech l-anqas il-fiduċja tal-maġġoranza ta’ dawk li jgħidu li se jivvotaw lill-Partit Nazzjonalista ma jikseb, b’kuntrast mal-Prim Ministru Robert Abela li kompla jsaħħaħ il-fiduċja fost dawk li jagħżlu lill-Partit Laburista b’approvazzjoni ta’ 94%