L-istħarriġ tal-gazzetti taw riżultati li urew li l-Partit Laburista jgawdi vantaġġ b’saħħtu.
L-istħarriġ ta’ The Malta Independent ta’ 7.6% lill-Partit Laburista fuq il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li dak tal-maltatoday rreġistra vantaġġ ta’ 4% favur il-Partit Laburista. Għalkemm meta tal-maltatoday ħa lil dawk li ddikjaraw l-intenzjoni tal-vot tagħhom dan il-vantaġġ jitla’ għal 5%.
Fost oħrajn dan l-istħarriġ innota kif qed jonqsu bil-kbir dawk li fl-2013 ivvotaw lill-Prtit Laburista u kienu qegħdin jgħidu li mhux se jivvotaw.
It-Torċa tgħid li l-vantaġġ għal Partit Laburista huwa ta’ 9.3%. Filwaqt li l-istess gazzetta analizzat il-ħsibijiet dwar kemm pajjiżna mexa ‘l quddiem f’oqsma importanti bħal ekonomija. Hawn il-maġġoranza assoluta esprimew il-fehma li fl-aħħar erba’ snin pajjiżna għamel passi kbar ‘il quddiem.
Intant, kien ippubblikat stħarriġ dwar il-fiduċja bejn il-mexxejja. Għad-dettalji tiegħu agħfas hawn.