Kumpanija globali tat-teknoloġija fl-industrija tal-pagamenti, ipparteċipat fis-16-il Konferenza Annwali organizzata minn FinanceMalta fit-13 ta’ Settembru 2023, fejn qasmet l-għarfien tagħha mill-istudju li sar mit-tim konsultattiv tagħha biex jesplora fid-dettall is-settur tal-Fintech Malti, u qed tipproponi sett ta’ azzjonijiet strateġiċi biex jappoġġjaw l-isforzi għat-tkabbir tas-settur.
Filwaqt li tkompli tibni fuq l-Istrateġija 2023 għas-Servizzi Finanzjarji, kif ippubblikata mill-MFSAC aktar kmieni din is-sena, Mastercard wettqet studju dettaljat, stħarrġet l-ekosistema ta’ appoġġ, flimkien massegmenti ewlenin u l-atturi tas-settur Fintech ta’ Malta li qed jikber b’rata mgħaġġla, u provdiet dettalji dwar l-għarfien u t-tendenzi.
L-ekosistema ta’ appoġġ tal-Fintech f’Malta hi miġbura f’ħames kategoriji ewlenin: Gvern, Finanzjament Privat, Istituzzjonijiet Finanzjarji, Regolaturi, u faċilitaturi oħra. Issegmenti ewlenin tal-Fintech f’Malta huma Blockchain u Crypto, Payments, Neobanking, Investment & Trading u RegTech.
Barra minn hekk, l-istudju esplora l-aktar metodi prominenti ta’ kif is-settur pubbliku jappoġġa lill-kumpaniji Fintech u l-ekosistema ġenerali tagħhom.
L-aktar metodi sinifikanti ġejjin minn u jiffokaw fuq l-Aċċess għall-Kapital u l-Esperti, l-Ambjent Regolatorju u l-Infrastruttura, l-Attrazzjoni u l-Iżvilupp tat-Talent, u l-Kollaborazzjonijiet u l-Promozzjoni.
Dan l-istudju komprensiv ġie vvalidat minn panel ta’ professjonisti u regolaturi prominenti tal-industrija, filwaqt li ġew identifikati diversi rakkomandazzjonijiet, li jvarjaw minn titjib fil-governanza u miżuri ta’ appoġġ għal investimenti u finanzjament barranin.
Panagiotis Polydoros, Country Manager għall-Greċja, Ċipru, u Malta f’Mastercard, iddikjara, “L-għan
tagħna huwa li nrawmu ambjent li mhux biss iħaddan l-innovazzjoni Fintech iżda jixpruna l-industrija ‘l
quddiem.