Steward Health Care Malta ssottomettiet notifika ta’ terminazzjoni tal- konċessjoni mal-Gvern Malti.
Hija qalet dan permezz ta’ stqarrija dalgħodu.
Fl-istqarrija tagħha Steward Health Care Malta sostniet li se tassigura perjodu ta’ transizzjoni adegwat mal-awtoritajiet konċernati dwar l-immaniġġjar tal-operat tagħha fit-tliet sptarijiet.
Dan l-iżvilupp minn Steward wasal wara li ftit tal-jiem ilu, il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili annullat il-kuntratti marbuta mal-konċessjoni ta’ tliet sptarijiet.
F’sentenza li ta l-Imħallef Francesco Depasquale ġie nnutat kif Vitals u llum Steward ma onoratx l-obbligi tagħha fil-ftehim.
Il-Qorti kienet ordnat ukoll li l-isptar San Luqa, Karin Grech u dak ġenerali ta’ Għawdex jintraddew lill-Gvern u l-ispejjeż kollha għandhom jinġarru minn Steward Healthcare, il-kumpanija li ġiet fdata bil-konċessjoni.
Ritratt: Matthew Mirabelli