Fi stqarrija, Steward Healthcare, il-kumpanija ordnata biex trodd l-isptarijiet li ngħatawlha b’konċessjoni qalet li se tieħu l-azzjonijiet biex tikkontesta dik li sejħitilhom bħala allegazzjonijiet imfissra fis-sentenza li ngħatat mill-Qorti Ċivili mill-Imħallef Francesco Depasquale.
Fir-reazzjoni tagħha għas-sentenza dwar konċessjoni li fuqha nfetħet kawża fl-2018, Steward Healthcare qalet li mhux taqbel mas-sentenza mogħtija u d-deċiżjoni tmur lil hinn mill-mertu li għandha l-Qorti.
Qalet li se teżamina l-aspetti legali, tal-operat u anki dawk prattiċi marbuta mad-deċiżjoni tal-Qorti u dan filwaqt li tibqa’ mpenjata biex taħdem bl-aktar livell professjonali.