Steward Health Care laqgħet b’sodisfazzjoni il-ftehim bejn il-Gvern u l-MAM fejn Dr. Nadine Delicata (Kap tat-tmexxija tal-isptar) ikkonfermat il-missjoni ta’ Steward dik li taħdem mal-istakeholders kollha f’Malta u Għawdex biex tassigura li l-aqwa kwalità ta’ kura medika titwassal lill-poplu kollu.
Dan il-ftehim juri kontinwazzjoni ta’ relazzjoni soda mat-tobba fis-sistema medika Maltija fl-isptarjiet madwar Malta u Għawdex, sostniet Dr. Delicata. Dan kollu se jkompli jgħin għal aktar kultura ta’ trasparenza lill-professjonisti kollha li jaħdmu fl-isptarijiet ta’ Steward Malta.