Steward Health Care Malta qalet li l-allegazzjonijiet dwar l-Isptar Ġenerali t’Għawdex huma purament spekulattivi.
Fi stqarrija l-kumpanija stqarret li fl-aħħar xhur hija kienet għaddejja f’diskussjonijiet mal-Gvern.
Steward Health Care tenniet l-impenn tagħha biex tara li t-tliet sptarijiet li huma taħt ir-responsabbiltà tagħha jkomplu jaqdu lill-pazjenti, il-ħaddiema u l-komunitajiet.