Il-Gozo Motorcross Championship 2023 fuelled by Enemed, ġie fi tmiemu nhar il-Ħadd 7 ta Mejju.
Steve Xuereb huwa Champion Għawdxi għal dan l-istaġun. Din hija l-ħames darba li huwa għandu dan it-titlu, erbgħa minnhom infila. Huwa ħadem bi sħiħ biex jirnexxielu jegħleb kull ostaklu, u ħadem bla heda fuq it-taħriġ tiegħu. Kellu prestazzjonijiet tajbin matul l-istaġun kollu, minkejja oppożizzjoni kontinwa.
Sadanittant, John Attard rebaħ Klassi B. Attard kien b’saħħtu matul l-istaġun kollu. Wera ħila u stamina li fl-aħħar mill-aħħar waslitu fil-quċċata ta’ din il-klassi.
Matthew Buttigieg kellu oppożizzjoni qawwija fil-Klassi Ċ. Huwa qatt ma qatgħa qalbu u u baqa’ determinat li jirnexxi sal-aħħar.
Fl-aħħar u mhux l-inqas, rajna lil Antoni Said jirbaħ Klassi D, u b’hekk isir l-iżgħar sewwieq rebbieħ għal dan l-itaġun.
Il-Ministru ghal Għawdex, l-Onorevoli Clint Camilleri pprezenta trofej lic-Champions. Huwa rringrazzja lill-Kumitat tal-ħidma sfieqa favur il-Motokross u ferah lir-rebbieħa. Huwa wiegħed li l-Ministeru jibqa’ jissapportja dan l-isport u se jkompli jaħdem għall-futur tal-Motokross Għawdxi u l-atleti ta din l-għaqda.
The Frank Bruno Award 2023, trofew ddizinjat u magħmul apposta minn Steve Xuereb, ġie mogħti lil David Mercieca, għad-determinazzjoni, dixxiplina u rispett lejn il-Motokross, l-għaqda u d-diriġenti tagħha.
Sadanittant, il-Most Promising Rider 2023 mar għand kull wieħed minn l-erbgħa sewwieqa żgħar li huma tant dedikati u motivati u jħobbu tassew dan l-isport. Ta min jgħid li Matthias Sultana, Trystn Theuma, Craig piscopo u Diego Panza għandhom saħansitra ħinijiet li jħabbtuha sew ma’ sewwieqa adulti.
Mario Cauchi rebaħ il-Holeshot Award. Dan il-premju huwa mogħti lil dak is-sewwieq li jkollu rekord tajjeb ta’ ħruġ fuq l-Istarting gate u jżomm postu fuq quddiem mal-ewwel 500 metru tat-tiġrija.
Il-Marshalls huma mportanti ferm f’dawn il-kompetizzjonijiet. Daniel Sultana, John Theuma, Mark Piscopo and t-teżorier James Camilleri irċivew premju ta’ dan filwaqt li l-għaqda rringrazzjat ukoll lil Scott Donavan għax-xogħol kbir li għamel fit-taħriġ tas-sewwieqa żgħar.
Fl-aħħarnett, il-president Mr Frank Xuereb, ġie rikonoxxut għall-passjoni, dedikazzjoni u diliġenza tiegħu fil-Motokross f’Għawdex u tar-rispett u l-imħabba li juri lejn il-membri kollha tagħha us-suċċessi tagħhom.
L-assoccjazzjoni rringrazzjat lil kull min ħadem bla heda biex il-Motokross f’Għawdex jibqa’ miexi konstantament ‘il quddiem u jsir wieħed mill-aqwa sports ġewwa Għawdex. Ringrazzjament specjali jmur lil Alvin Scicluna minn CVC media u il John Busuttil bil-programm Sport Għawdex li dejjem juru sapport kbir lil Motokross f’Għawdex.
Wara l-vaganzi ta-Sajf, il-GMA terga lura f’Settembru biex tkompli l-hidma.
Mingħajr l-isponsors, ma jkunux jistgħu jsiru attivitajiet għalhekk l-assoċċjazzjoni tirringrazzja lill Enemed, Dbar & restaurant, Grima Service Station, GrimaFuels, J&R Auto parts, Service with a smile on time, ClimaServ by James Camilleri Casual Bikers, Mezzan Garage and Galea General Services LTD, Sports Experience Trophies & Awards, J&R Granite and Marbleu Ta George Pastizzeria(Mezzan)
Sadanittant dan huwa riżultat ta-ġurnata:
Klassi A:
1 – Bernard Sammut
2 – Steve xuereb
3- David Dimech
Klassi B:
1- John Attard
2- Robert Spiteri
3 – Nataniel Camilleri
Klassi C:
1- David Mercieca
2 – Matthew Buttigieg
3 – Jake Vella
Klassi D:
1 – Antoni Said
2 – Steve Cassar
3- Joseph Bigeni
It-trofej tal-ġurnata kienu sponsorjati minn Ta George Pastizzeria(Mezzan)
Qabel ma l-GMA tieqaf ftit mill-inpenji tagħha matul is-Sajf li ġej, se tkun qed torganizza mawra fi Sqallija fejn Sewwieqa adulti u anke Juniors ser jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet hemmhekk. Aktar informazzjoni dwar dan tingħata aktar tard.
Għal aktar informazzjoni wieħed għandu jżur il-paġna ta’ facebook fuq – https://www.facebook.com/gmagozo/?fref=ts
jew izur il-websajt – www.gma.org