Steve D’Amato ġie kkonfermat bħala kowċ ta’ Sirens FC għal staġun ieħor. Ikkuntatjat minn One Sport, l-President tal-klabb Mark Borg Hedley ikkonferma li huma għandhom fiduċja assoluta fil-kapaċitajiet ta’ D’Amato speċjalment wara dak li rnexxielu jagħmel it-tim matul l-istaġun li għadda wara staġun wieħed fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti.
Borg Hedley wera s-sodisfazzjoni tiegħu għal dak li rnexxielha tagħmel ukoll l-amminstrazzjoni tal-klabb hekk kif għal ewwel darba fl-storja tagħhom Sirens FC ingħataw il-liċenzja tal-UEFA.