Stephen Sultana nħatar bħala Chairman ta’ Trade Malta.
Trade Malta hija public-private partnership bejn il-Gvern u l-Kamra tal-Kummerċ bil-għan li tgħin lil negozju Malti jimraħ lil’hinn minn xtutna fejn isservi wkoll ta’ għajnuna għall-kumpaniji biex jagħmlu l-ewwel pass barra minn Malta.B’aktar minn 20 sena esperjenza fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali Sultana ħadem kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll privat.
Sultana ggradwa b’BA fl-1986 u kif ukoll b’MBA mill-Università ta’ Bath fl-1988.
Hu serva wkoll bħala Direttur ta’ Trade Malta.