Qraba, ħbieb u kollegi ta’ Stephen Hawking tawh l-aħħar tislima f’funeral privat f’Cambridge.
Il-belt fejn ix-xjentist Ingliż magħruf mad-dinja kollha qatta l-parti l-kbira ta’ ħajtu.
Hawking miet fl-età ta’ sitta u sebgħin sena aktar kmieni dan ix-xahar, u kien magħruf għax-xogħol tiegħu fuq il-black holes u s-suġġett tar-relattività, filwaqt li kiteb diversi kotba xjentifiċi fosthom A Brief History of Time.