Iċ-ċiklisti għawdxin Stephen Grima u Brandon Sultana għadhom kif lestew l-Absa Cape Epic fl-Afrika t’isfel. Bl-isem ta’ TEAM GAUDOS, huma kkompetew f’din it-tiġrija iebsa bil-Mountain Bikes mifruxa fuq tmient’ijiem.
Dan l-avveniment sar bejn is-16 u t-23 ta’ Marzu u kien jmifrux fuq bosta stadji differenti.
L-Absa Cape Epic hija magħrufa għall-isfidi li toffri lill-parteċipanti. Kompetizzjoni iebsa li twassal sabiex iċ-ċiklisti li jieħdu sehem jagħtu l-potenzjal tagħhom bil-għan li jlestu l-istadji kollha u jiksbu l-aqwa riżultat possibli.
Kompetizzjoni b’tul ta’ 600 kilometru u li f’mumenti tieħu lill-atleti f’elevazjoni ta’ 16,500 metru.
Il-parteċipanri kellhom jiffaċjaw kundizzjonijiet tat-temp diffiċli, b’temperaturi li anke laħqu l-51 grad flimkien ma’ xita u rjieħat qawwija
Stephen Grima u Brandon Sultana saru l-ewwel team malti li ħadu sehem f’dan l-avveniment. Huma kisbu wkoll riżultat tajjeb meta spiċċaw fil-266 post overall minn 743 team! Il-ħin totali tagħhom kien ta’ 38 siegħa 7minuti 10 seckondi. Team GAUDOS sar l-ewwle team malti u għawdxi li ħa sehem u lesta din it-tiġrija klassika.
Stephen Grima ingħata wkoll il-midalja Cape Epic u sar l-ewwel malti li ġie rikonoxxut bħala Cape Epic Legend minħabba l-fatt li kien għamel ukoll l-Andorra Epic u l-Swiss Epic f’dawn l-aħħar disa’ xhur.
L-istess midalja ingħatat lil Brandon Sultana wara li min-naħa tiegħu għamel l-Swiss Epic ukoll u issa qed jimmira li jkun it-tieni malti bit-titlu ta’ Cape Epic Legend

