Stephen Barclay se jkun qed jieħu post Dominic Raab fil-kariga ta’ Ministru għal Brexit fir-Renju Unit, hekk kif il-Prim Ministru Theresa May qed tipprova terġa’ tibni l-kabinett tagħha.
Din il-ġimgħa, May rat diversi riżenji mill-Gvern hekk kif il-kabinett tagħha approva l-abbozz tagħha dwar Brexit.
Sa issa, Barclay kien qed jokkupa kariga fid-Dipartiment tas-Saħħa tar-Renju Unit.
“Issa nittamaw biss li naqbdu t-triq biex niffinalizzaw il-ftehim tal-ħruġ u jkollna Brexit li tkun ta’ benefiċċju għar-Renju Unit”, qal Barclay fl-ewwel kummenti tiegħu hekk kif tħabbar li se jkun qed jieħu post Dominic Raab.