Il-Ministru għall-Ġustizzja tal-Ġermanja Christine Lambrecht, qalet li l-isparatura tal-bieraħ f’sinagoga f’Halle, kienet attakk terroristiku tal-lemin estrem.
Hija żiedet tispjega kif l-allegat aggressur Stephan Balliet kellu pjanat li jagħmel massakru hekk kif instabulu erba kilogrammi ta’ splussiv fil-karozza.
Madwar 2,200 persuna segwew b’mod dirett l-attakk li wettaq Balliet hekk kif xandar kollox fuq il-pjattaforma tal-logħob diġitali Twitch.
Balliet ta’ 27 sena mistenni jittella’ l-Qorti aktar tard illum .
Ritratt: BBC News