Step Up for Parkinson’s, għaqda volontarja lokali li titkellem f’isem individwi bil-Parkinson’s u dawk li jieħdu ħsiebhom, se torganizza serata mimlija żfin bl-isem ‘Niżfnu Flimkien’ fil-Awditorju tal-Junior College nhar is-Sibt li ġej.
Huma l-bosta dawk l-individwi li bil-ħiliet tagħhom se jipparteċipaw f’din is-serata ta’ żfin. Flimkien magħhom, se jkun hemm ukoll żifniet minn skejjel ta’ żfin oħra Maltin kif ukoll mużiċisti lokali.
L-għan ta’ din is-serata ta’ żfin hu li jiżdied l-għarfien fuq il-kundizzjoni tal-Parkinson’s, filwaqt li jinkoraġġixxu l-parteċipanti biex jieħdu sehem minkejja d-difikultajiet tagħhom – u dawn l-għanijiet jorbtu mat-titlu tal-kampanja tal-istess organizzazzjoni li ġġib l-isem ‘Ħajja Aħjar’.
Għall-biljetti, wieħed jista’ jiksibhom billi jċempel lill-għaqda Step Up for Parkinson’s fuq 79777567 jew 99200822.