Jinsabu fil-qofol il-preparamenti fl-Amerika ta’ Fuq sabiex eluf ta’ nies ikunu xhieda tal-isbuħija li taf toffri n-natura waqt eklissi solari.
L-Eklissi hija mistennija tibda tidher minn fuq l-art għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħodu fl-istat ta’ Oregon fil-Punent u tibqa’ għaddejja sa’ South Carolina fil-Lvant, għal total massimu ta’ madwar żewg minuti u erbgħin sekonda.
Iżda filwaqt li żoni żgħar fl-Ingilterra u fl-Irlanda ser ikunu ffortunati bizzejjed li jilmħu parti mid-dell tal-qamar ma’ nżul ix-xemx, aħna l-Maltin ser ikollna nistennew kemmxejn aktar.
Fadal propju sentejn u għaxar xhur oħra sabiex minn Malta inti wkoll tkun tista’ tara eklissi hekk imsejjħa ‘annulari’, jiġifieri waħda fejn tibqa’ tidher biss id-dawra ta’ barra tax-xemx u għalhekk jifforma bħal ċurkett fis-smewwiet.