Wara li lbieraħ t-tanker Armada LNG Mediterrana wasal hawn Malta bla problemi u ftit aktar kmieni milli mistenni, bdiet issir ħdima fuqu, biex ikun jista’ jidħol fil-port ta’ Marsaxlokk. It-tanker mistennij jidħol fil-port għall-ħabta tas-07:45 jew 08:00, għalhekk ħafna kmamar tal-aħbarijiet sebħu kmieni, jistennew dan il-mument li se jqarreb lill-Malti li teħles darba għal dejjem mill-aktar żejt li jniġġeż.
Kif it-tanker għadu vojt, jsiru numru ta’ testijiet ta’ sigurtà u ta’ familjarizazzjoni. Dawn it-testijiet u s-simulazzjonijiet, kkordinati bejn ElectroGas, BumiArmada u l-Awtoritajiet tal-Port, se jissoktaw għal diversi jiem sakemm it-tanker jintela’ bil-merkanzija.
It-tanker Armada LNG Mediterrana, li jesa’ madwar 125,000 metru kubu ta’ LNG, huwa l-aħħar element tal-proġett tal-bini ta’ power station ġdida.