It-tennista ta’ fama mondjali, Novak Djokovic, qed jinżamm l-Awstralja, dan hekk kif daqt mistenni jinstema’ l-każ tiegħu fil-Qorti fejn se jiġi deċiż jekk it-tennista li mhux vaċċinat kontra l-Covid-19 hux se jitħalla jibqa’ fil-pajjiż.
Hu qed jaffaċċja deportazzjoni wara li l-viża tiegħu ġiet ikkanċellata għat-tieni darba, bil-Gvern sejjaħ lil Djokovic bħala theddida għas-saħħa pubblika.
L-avukati tigħu qed jappellaw kontra din id-deċiżjoni hekk kif is-smigħ tal-każ mistenni jsir il-Ħadd.
Intant s’issa Djokovic għadu mniżżel fl-iskeda li jilgħab fl-Australian Open it-Tnejn li ġej.