Bdiet is-seduta li matulha se tinqata’ s-sentenza fil-konfront t’Oscar Pistorius, akkużat bil-qtil ta’ Reeva Steenkamp.
Qed jaffaċċja minn tal-anqas ħmistax –il sena ħabs, sentenza li tista’ tonqos minħabba ż-żmien li diġa qatta’ fil-ħabs.
Is-sentenza mistennija tinqata’ sa nhar il-Ġimgħa.
Pistorius, ta’ disgħa u għoxrin sena, qatel lil Steenkamp fi Frar ta’ tliet snin ilu. Huwa minn dejjem qal li kien qed jispara lejn ħalliel li ħaseb li kien daħal fid-dar.
Primarjament kien ikkundannat ħames snin ħabs għal qtil involontarju iżda wara appell mill-Prosekuzzjoni, il-kundanna nbidlet għal waħda ta’ qtil.