Is-smigħ tal-ġuri kontra l-eks Uffiċjal tal-Pulizija f’Minneapolis, Derek Chauvin, b’rabta mal-qtil ta’ George Floyd, wasal fi tmiemu hekk kif issa hemm stennija kbira għall-verdett.
Il-prosekuzzjoni qalet lill-ġurija li Chauvin qatel lil Floyd, bid-difiża tgħid li l-klijent tagħhom segwa kif sippost it-taħriġ li ngħata mal-Pulizija.
Il-Qorti ngħatat protezzjoni tal-ogħla livell permezz ta’ ħadid u barrikati kif ukoll suldati armati mill-Gwardja Nazzjonali.
Bosta dimostranti ħarġu fit-toroq madwar l-Amerika jipprotestaw minkejja l-verdett.
It-Tnejn il-prosekuzzjoni għamlet l-aħħar rimarki tagħha bil-każ ilu għaddej tliet ġimgħat.