Aktar tard illum mistennija d-deċiżjoni tal-kumitat konsultattiv dwar l-imġiba u l-etika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fil-konfront ta’ Adrian Delia.
Dan wara li l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista poġġa taħt investigazzjoni lil Delia, kontestant għal Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Il-kumitat jinsab fdat f’idejn Louis Galea, persuna li taf kull rokna tal-istamperija, b’esperjenza kbira fil-Partit Nazzjonalista.
Galea li miegħu għandu wkoll il-Professur Maryanne Lauri huma parti mill-establishment Nazzjonalista li qed ikompli jxettel il-firda fi ħdan il-partit.
Dan il-kumitat ingħata biss jumejn ċans biex jinvestigaw wara li propju għada hemm id-dibattitu bejn il-kandidati għal Kap.
L-elezzjoni għal Kap Nazzjonalista tinsab fil-limbu, tliet t’ijiem biss qabel u wara li diġa bdiet l-votazzjoni bikrija għal dawk il-kunsilliera li nhar is-Sibt ma jistgħux jivvutaw għaliex se jkunu indisposti.
Kienu bosta dawk li komplew iqanqlu iżjed attakki bejn il-fazzjonijiet differenti li jeżistu fil-Partit Nazzjonalista.
B’Herman Schiavone li daħal b’ruħu u ġismu għal Adrian Delia ddefenda ż-żiemel tiegħu u attakka l-Kunsill Amministrattiv imexxi mill-establishment.
Hu u dieħel fid-Dar Ċentrali, Schiavone qal li l-affarijiet setgħu saru ħafna aħjar.