Stennija kbira għall-ewwel diskors tal-Avukat Robert Abela li kmieni l-Ħadd filgħodu ġie elett bħala d-disa’ mexxej tal-Partit Laburista. Abela rnexxielu jikseb il-maġġoranza assoluta tal-voti tal-membri tal-Partit Laburista fl-elezzjoni tas-Sibt li għadda.
Id-diskors mistenni jibda għall-ħabta tal-4.00 p.m. fil-padiljun ta’ f’Raħal Ġdid. Il-Mexxej Laburista elett Robert Abela se jagħlaq il-kungress tal-membri li matulu l-Partit Laburista ħatar mexxej ġdid.