Il-jum tal-Erbgħa kien kruċjali għall-investigaturi ewlenin fil-qtil doppju f’Tas-Sliema, hekk kif għaddew sigħat sħaħ jinterrogaw lil Daniel Muka, is-suspettat ewlieni fil-qtil doppju f’Tas-Sliema.
Jidher li Muka mhux il-ħin kollu beda jikkopera mal-pulizija hekk kif il-pulizija issa li għandha lis-suspettat ewlieni f’idha qed tipprova tasal għall-persuni l-oħra li kienu miegħu. Din hija fażi delikata immens fl-investigazzjonijiet tal-pulizija.
Is-sorsi tagħna qalulna li kollox jindika li Muka se jitressaq il-qorti għada filgħodu, hekk kif l-investigaturi qed jużaw t-48 siegħa li għandhom disponibbli skont il-liġi qabel tressaq lil Daniel Muka.
Muka ġie arrestat ilbieraħ f’operazzjoni delikata fil-Furjana.
Kif żvela ONE News, testijiet tad-DNA kienu kruċjali għall-pulizija sabiex waslu għal Daniel Muka.
Nifhmu li l-pulizija qabblet il-marki ta’ swaba’ li sabet fil-karozza li ntużat fid-delitt u li tħalliet f’parkeġġ fi Gwardamangia ma’ dawk ta’ Daniel Muka.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2020/08/26/testijiet-forensici-krucjali-biex-inqabad-daniel-muka/