Il-kantanta ta’ fama dinjija Bebe Rexha ma kellha xejn għajr kliem ta’ tifħir għall-pajjiżna.
Il-kantanta li ġiet f’pajjiżna għal madwar tmienja u erbgħin siegħa biex tkanta fil-kunċert tal-Isle of MTV mhux biss għoġobha l-baħar u x-xemx imma ħadet ħsieb żaqqha u daqet ftit x’toffri l-kċina Mediterranja.
“It’s so beautiful, I got to jump into the water and swim and I had some delicious fish last night and I think it’s just really amazing here. The people are so nice and it’s really hot.” Qalet Rexha.
Ma’ dawn il-kummenti taqbel Ava Max protagonista oħra f’dan il-kunċert bla ħlas li ta’ kull sena jiġbed lejh eluf ta’ Maltin u turisti.
“Min jgħid li ma togħġbux Malta jkun qed jigdeb”, qalet b’mod skjett l-istilla tal-mużika pop u dance.
Intant ma’ Bebe Rexha kellna l-opportunità li nitħaddtu fit-tul. Stajna ninnutaw kemm minkejja li hija stilla kbira fix-xena tal-ispettaklu hija persuna li żżomm saqajha mal-art.
Il-kantanta Amerikana hija magħrufa għal numru ta’ ġeneri mużikali, minn pop, għal hip hop u rock. Iżda dlonk identifikat ruħha mal-aktar stil mużikali għal qalbha.
“What I identify really most is pop rock, like alternative pop rock. I love like No Doubt and Gwen Stefani, like Don’t Speak is like my anthem. So I would like rather alternative pop rock, what I actually love.” Stqarret Bebe Rexha.
Intant l-aħħar single riċenti ta’ Bebe Rexha Last Hurrah toffri messaġġ li hi qasmet magħna. Bla dubju għandna x’nistennew minn Bebe Rexha fl-immedjat u anki fil-futur imbiegħed.
“Last Hurrah is a kind of this is my last time drinking, partying, having a good time so let’s do it up.” “You’re gonna do it tonight?” “Oh yeah I will definetly turn up in Malta!” Ikkonkludiet.