Jidher li ġej sajf sħun ieħor għal din is-sena 2018. Jekk tiftakru s-sena l-oħra esperjenzajna l-heatwave Luċifru li kien imlaqqam hekk minħabba li kien ferm qawwi iżjed mis-soltu u affettwa lill-pajjiżi madwar in-nofsinhar tal-Ewropa, inkluż Malta.
Permezz ta’ tbassir tat-temp Ewropeja magħrufa bħala ECMWF, qed joħroġ ukoll tbassir fit-tul li jissejjaħ Season Forecasting System. B’hekk inkunu nafu jekk it-temperaturi hux mistennija jkunu ogħla jew inqas mill-medja waqt xahar minn ieħor.
Infatti l-previżjoni għas-sajf li ġej speċjalment bejn Ġunju u Awwissu 2018 se jkunu ogħla anke mis-sena l-oħra.
Dan ġie mħabbar fuq is-sit https://www.facebook.com/firstmalta/