Pajjiżna mistenni jintlaqat minn maltempata aktar tard illum. Dak skont rapporti mill-Uffiċċju Metereoloġiku, li qed ibassar xita u ragħad fuq Malta għall-ħabta tal-17:00.
Dan filwaqt li ħareġ ukoll twissija ta’ riħ qawwi bejn illejla u għada, li se jikkawża mewġ qawwi mal-kosta Maltija.
Il-maltemp mistenni jibqa’ għaddej sa nhar it-Tlieta li ġej.