Jekk kien hemm dubju ta x’ried ifisser id-deputat nazzjonalista David Stellini meta qal li l-Maltin m’għandhomx valuri għax jappoġġjaw il-gvern preżenti, neħħih is-Sibt filgħodu.
Dan meta f’artiklu f’The Malta Independent kompla jibni fuq l-argument li għamel fil-programm Xtra.
Fl-artiklu tiegħu kiteb li min bħalu – those of us – għandu ħajja komda għax jaqla €50,000 jew iktar għandu standards iktar għolja b’rabta mal-ħajja pubblika. Saħansitra qal li huma dawn in-nies li jagħtu każ l-ambjent u l-problema li m’hawnx biżejjed bħalhom biex jibdlu r-riżultat ta’ elezzjoni ġenerali.
Fl-artiklu tiegħu kompla jikteb li dan il-gvern m’għandux prinċipju u valuri, iżda moħħu fil-fiduċja u l-profit.
Fuq kollox kiteb li hu spjega waħda għandu għar-riżultat tal-elezzjoni. Dik li l-maġġoranza tan-nies huma profit driven u jħallu wara l-valuri. “M’hemmx dubju,” kiteb id-Deputat Nazzjonalista. “Kieku kif nistgħu nispjegaw ir-riżultat tal-elezzjoni?” kompla jgħid id-deputat Stellini.