Il-kandidat tal-Parlament Ewropew u deputat tal-Partit Nazzjonalista, David Stellini, spiċċa imbarazzat bil-kbir bl-aġir tal-kollegi tiegħu fil-partit. Dan deher meta kien qed jieħu sehem fil-programm Realtà f’dibattitu mal-kandidat tal-Partit Laburista Cyrus Engerer.
Iffaċċjat bir-riżoluzzjoni ta’ Roberta Metsola u sħabha kontra Malta, David Stellini kien skomdu iżda ġġustifika l-aġir billi qal li l-MEPs tal-PN ma ħadmux biss fuq dik ir-riżoluzzjoni.
Metsola, Casa u Francis Zammit Dimech ma ħadmux biss fuq din ir-riżolużżjoni
Filwaqt li ammetta li r-riżoluzzjoni ta’ Roberta Metsola tista’ twassal biex ikun hemm theddida għall-vot ta’ Malta fil-Kunsill Ewropew, Stellini qal li l-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx ma’ dan.
“Bħala Partit Nazzjonalista aħna ma naqblux li jkollna artiklu 7 fuq rasna. Metsola kitbitha.”
Magħfus fuq il-fatt li Metsola hi deputat tal-PN u għalhekk ma jistax jinfired minnha, Stellini prova jfarfar.
“Jien ma ġejtx hawn nattakka l-kollegi tiegħi. U lanqas beħsibni nagħmilha. Iġifiri tistennihix mingħandi. Dawk huma kollegi tiegħi u nixtieq nesponi x-xogħol l-ieħor li għamlu.”
Pero fl-istess ħin kellu jammetti li r-riżoluzzjoni ta’ Metsola jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq pajjiżna.
“Ikollha riperkussjonijiet magħhha pero. Ikollha riperkussjonijiet. Jekk toħroġ riżoluzzjoni. Comission country report. Iva jkun hemm repercussions.”
Biex jaqbeż għal dak kollu li għamlu gvernijiet nazzjonalisti, David Stellini spiċċa jgħid li mhux problema li l-pajjiż kien spiċċa fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv fi żmien il-PN.
“Daħħaltuna fl-excessive deficit procedre. Ma naħsibx li Malta biss. Ma ġara xejn li kellna excessive deficit procedure”