Stephanie Agius, attriċi fis-serje televiżiva Strada Stretta esprimiet id-dispjaċir tagħha meta tisma’ kummenti dispreġjattivi dwar id-drama Maltija.
Fuq is-sit soċjali facebook, Stephanie li hija magħrufa man-nies bħala ‘Stella’ ta’ Strada Stretta stqarret li kull proġett televiżiv jirrikjedi ħafna ħidma u dedikazzjoni u li n-nies għandhom japprezzaw it-talent Malti kif ukoll kull persuna li tkun qed taħdem minn wara l-kwinti.
Hija fissret kif it-telespettaturi qed igawdu mill-prodott finali ta’ nies li jiddedikaw ħinhom biex jiproduċu dawn il-produzzjonijiet.
Diskussjoni ma’ taqta’ xejn hija dwar il-livell tad-drama f’pajjiżna, b’xi wħud jikkumentaw li ma jsegwux dawn il-prodozzjonijiet filwaqt li oħrajn ikunu lesti fuq is-sufan lesti biex isegwu l-produzzjoni favorita tagħhom.
Ritratt: Reno Rapa