Hibernians FC ħabbru li ħatru lit-Taljan Stefano Sanderra bħala l-kowċ għall-istaġun 2018/2019.
Sanderra, li huwa minn Ruma u għandu 51 sena beda l-karriera ta’ 27 sena u mexxa diversi timijiet f’pajjiżu fosthom Potenza, Forsinone, Cosenza, Messina U19, Latina Calcio, Salernitana, Catanzaro, Viterbese u Sambenedettese. Mat-tim tal-Aquila rebaħ il-kampjonat tas-Serie D kif ukoll żewġ promozzjonijiet mat-tim ta’ Latina.
Bħala assistent tal-Coach Taljan, il-klabb ħatar lil Ryan Pulis li minkejja li għadu żagħżugħ diġà kien involut ma’ timijiet tal-Premier bħal Tarxien Rainbows FC u Ħamrun Spartans Football Club.
Il-klabb ikkonferma lil Mario Muscat bħala Goalkeepers Coach, li bl-esperjenza kbira tiegħu fil-futbol lokali u l-avventura li kellu l-istaġun li għadda meta ġie fdat bit-tmexxija tat-Tim fl-aħħar fażi tal-istagun, se jkun spalla importanti fl-istaff tekniku.