Sliema Wanderers FC ħatru lil Stefano Maccoppi bħala l-kowċ ġdid tagħhom.
Maccoppi għandu esperjenza vasta kemm bħala plejer kif ukoll bħala kowċ. Huwa lagħab fis-Serje A ma’ Como bejn l-1984 u l-1989, US Ancona fl-istaġun 1989/90, Bari fl-istaġun 1990/91 u SC Piacenza bejn l-1991 u l-1997.
Maccoppi kien involut fis-settur tekniku ma’ U.C. Sampdoria (Serie A), Spezia, Abinoleffe, Cremonese, u fl-Iżvizzera ma’ F.C. Neuchatel Xamax, F.C. Servette, F.C. u Sion fost l-oħrajn.
Stefano Maccoppi se jkolli jassistieħ lil Ivan Woods u se jiġi ppreżentat illejla fis-19.00