Stefano De Angelis huwa l-kowċ il-ġdid ta’ Birkirkara FC. Dan ħabbruħ lis-stess Birkirkara l-Ħamis wara nofsinhar permezz tal-paġna uffiċjali tagħhom fuq facebook.
It-Taljan ta’ 50 sena mhuwiex wiċċ ġdid għal futbol lokali hekk kif fl-aħħar żewġ staġuni kien l-assistent kowċ ta’ Hamrun Spartans. Ma’ Hamrun huwa rebaħ darbtejn il-Kampjonat Premier meta kien assista lill-Branko Nisevic u lil Luciano Zauri rispettivament.
De Angelis se jkun qed jieħu post Jose Borg li mexxa lill-Birkirkara fit-tieni parti tal-istaġun li għadda.
Wara li irtira minn plejer, De Angelis kelli diversi esperjenzi ma’ klabbs fl-Italja fejn qabel filfatt ġie Malta kien il-kowċ ta’ Avezzano, San Luca u Ostiamare.