‘Inkomplu niksbu suċċess’ – din hija t-tema li se jibni fuqha l-kandidtat għal-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Stefan Zrinzo Azzopardi, jekk ikun fdat mid-delegati Laburisti bil-kariga ta’ Deputat Mexxej għall- Affarijiet tal-Partit Laburista.
F’konferenza ta’ l-aħbarijiet quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, Stefan Zrinzo Azzopardi nieda l-kampanja tiegħu li hi ffokata fuq ħames prioritajiet. Kuntatt man-nies u parteċipazzjoni minnhom, mezzi tax-xandir iktar moderni, il-finanzjament tal-Partit Laburista, żieda gradwali fil-paga minima u kwalità ta’ ħajja aħjar f’kull sens.
Zrinzo Azzopardi qal li f’anqas minn sentejn il-Partit Laburista se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali u filwaqt li l-Gvern għaddej b’rittmu qawwi ħafna, jeħtieg li nsaħħu l-Partit biex nirbħu l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Zrinzo Azzopardi qal li għamel għaxar snin jaħdem fl-istrutturi tal-Partit LAburista fi żminijiet li l-Partit kien għadda minn żmien difficli ferm iżda rnexxilu jifforma lilu nnifsu u sar aktar b’saħħtu.
Qal ukoll li jekk jintgħazel mid-delegati Laburisti hu se jkun qed jahdem fl-aqwa interess tal-Partit u tal-pajjiz. B’hekk it-tliet kandidati ħabbru ufficjalment il-kandidatura tagħhom għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista.
Spjega l-ħames prioritajiet tiegħu f’aktar dettall.
https://www.youtube.com/watch?v=D5M1qjrWfAE